No shit, Sherlock
Ċertu artikli tal-Maltastar, ġeneralment dawk li ma jkunux ikkuppjati minn xi aġenziji internazzjonali tal-aħbarijiet, għandhom element affaxxinanti ta’ intratteniment li l-awtur qajla jinduna xi jkun qed jagħmel b’idu kull meta jikklikkja fuq il-kelma ‘publish‘. Għalija kulħadd jista’ jikteb li jrid, u kulħadd għandu dritt jaqra li jrid, imma nitħassar lill-eluf ta’ partitarji Laburisti li taw parti minn ġidhom biex tkun tista’ tiġi ffinanzjata din l-atroċita’ ta’ sit.
The question arises.
Illuminawni għax ma fhimtx x’inhu eżatt il-punt ta’ dawn it-tip ta’ artikli. Li fhimt biss huwa li min jikteb dawn l-editorjali jridha tal-intelliġenti. U l-messaġġ irid iwassalulna b’Inġliż ikkumplikat biex jurina kemm jaf. Urina, urina, ħalli jkollna biex nehdew.
Biss dan l-editur għandu jiftakar ħaġa waħda: li jekk il-midja Laburista trid tattira il-parti mill-elettorat li taf taqra, u tippreferi, taqra bl-Ingliż, hemm bżonn Ingliż aħjar. Anki l-elettorat li fl-aħħar mill-aħħar ma jaqbilx mal-partit Laburista jixraqlu aħjar – għax jixraqlu Ingliż li jirnexxielek għallinqas tifhmu u tiddeċiedi jekk taqbilx miegħu jew le.
Il-mamma mija, tal-biki anki bl-istandards baxxi li drajna mingħand il-Maltastar. Prattikament inkoerenti.