Kotba għall-Ħruq!!

F’isem il-patrun tagħna Girolamo Savonarola qed nistidnukom għal din l-attivita imtella mill-Għaqda taċ-Ċensura favur il-Promozzjoni tal-Moralita’. Fiha ser naħarqu kotba immorali, skripts ta’ reċti psataż, magażins, televixins, kompjuters, u kull ħaġa oħra li tista’ twaqqana fid-dnub. Min jaħdem il-MEPA jista’ jġib ukoll fajls li jaf li fihom kien hemm xi tip ta’ korruzzjoni, speċjalment jekk ħareġ xi permess li ma qbiltux miegħu. Ser inkunu qed nistennew l-iskripts kollha ta’ Stitching, il-kotba ta’ Ġuże’ Stagno, ta’ Immanuel Mifsud, Il-Ħajja Sigrieta tan-Nanna Ġenoveffa u ħafna oħrajn. Min issoltu jidgħi għandu jpatti għal dnubietu u jagħmel iktar sforz biex jiġbor affarijiet. It-Testment il-Qadim tal-Bibbja, avolja fieh sess, vjolenza, ġlied, tradiment u ħafna affarijiet immorali oħra, m’hemmx għalfejn iġġibuh.

Apparti din ser nagħmlu attivita’ oħra kontra l-omerta’, fejn ser niltaqgħu flimkien fil-pjazzez ta’ Malta waħda waħda u kulħadd jgħid xi ħaġa li ilu jżommha ġo fieh u ma jistax iżomma iktar. Simili għall-iSpeaker’s Corner ta’ ħdejn Hyde Park f’Londra, ser inkunu qed nistennewkom sabiex tgħidu li taħsbu fuq l-omosesswali, il-familji l-ġodda li jmorru kontra kull morali u anki biex tikxfu l-pastażati li qed jagħmlu t-tfal tagħkom. Min jaf xi ħaġa fuq xi qassis jew membru tal-kleru jekk jgħoġobkom nitolbuh iżommha għalieh.

  1. Jiena ilhi niggieled kontra c-censura mis-snin Sittin u naghmel parti miz-zghazagh dinjin tal-FLOWER POWER u ghadni niggieled kontra c-censura sal-lum. Infatti ghadni kif wehilt multa ta’ 1,000 Euros fil-qorti Maltija talli ghedt il-verita’ dwar x’ghamel u x’ghamilli membru parlamentari Malti. Minbarra hekk anke talli semmejt li l-MEPA hargitlu permess meta mhux suppost u hadd minn tal-Midja Maltija ma gab xejn u l-anqas il-pampaluni ta’ l-ghaqdiet ta’ l-Ambjent ma ghamlu xejn.

    Naghti l-appogg tieghi lilkom u nghidilkom li jien warajkom kontra kull censura hi x’inhi u ghalhekk jien waqqaft il-partit Liberali – http://www.freewebs.com/liberalalliance – biex inkomplu niggieldu aktar maghqudin biex nahsbu b’mod Ewropew b’mohh hieles. Darba jien u Doreen Micallef, Oliver Friggieri u ohrajn konna waqqafna l-Moviment Hsieb Hieles (MOHH) li konna naghmlu diskussjonijiet hielsa dwar kollox. Jiddispjacini li dan il-moviment ma ghadux jezisti. Hemm bzonn nibqghu niggieldu.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Follow

Get every new post delivered to your Inbox.