Nostradamus

Xi ftit affarijiet li naħseb li ser jiġru kif tibda toqrob l-elezzjoni ġenerali li jmiss:

- il-PN ser jiddiskutu d-divorzju internament;

- il-Private Member’s Bill ta’ JPO ma tgħaddix u tintesa;

- il-PN ser jiddeċiedu li fil-manifest elettorali jgħidu li ma jaqblux mad-divorzju;

- JPO mhux ser jaqbel u mhux ser jitħalla joħroġ għall-elezzjoni – skuża tajba biex jeħilsu minnu;

- l-MLP ovvjament ma jgħidu xejn fil-manifest tagħhom għax Muscat ser jagħmilha biss bħala Private Member’s Bill oħra ġaladarba jkun Prim Ministru;

- il-kampanja tat-tnejn li huma sa tkun ibbażata fuq il-moralita’ ta’ x’għandu jkun tajjeb għaċ-ċittadini mfissda tagħna;

- il-knisja Kattolika sa jkollha rwol importanti iktar mis-soltu fir-riżultat tal-elezzjoni;

- id-divorzju innifsu sa jintesa għal xi għoxrin sena oħra jitla min jitla.

Nispera li ma jiġrix hekk, imma sfortunatament din naħseb li sa tkun l-istorja. Kellmuni ħames snin oħra. Il-weekend it-tajjeb.

  1. Baldu trid tlahhaq mas-sinjali taz.zminijiet. (Signs of Times). Mhux Nostradamus imma Pawlu il-Qarnita. Ahem.

      • Arċibald
      • July 12th, 2010

      Biex tara kemm in-nies temmen kollox – statwi tal-kartapesta mhux biżżejjed. Dak għal ikla stuffat tajjeb.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Follow

Get every new post delivered to your Inbox.