Mawra sal-Port il-Kbir
Dawn tal-Maltastar jistinduha… illum ġabu aħbar fis-sit tagħhom li jgħid “Skola Sajf students wowed by Grand Harbour“. Bażikament artiklu sħiħ dwar xi tfal li raw il-Port il-Kbir qishom telgħu fuq il-qamar. Bniedem mhux infurmat jgħid: din x’aħbar hi? Minn meta ‘l hawn inġibuha fuq gazzetta meta tfal jaraw il-Port il-Kbir?
Imbagħad tara t-Times u fil-paġna ta’ quddiem issib l-aħbar “Students take harbour cruise with Prime Minister“.
Jiġifieri l-Maltastar żammew l-aħbar u eleminaw kompletament lill-persuna li dwarha kienet l-aħbar, jiġifieri l-Prim Ministru. Immaġina kieku għamlu l-istess meta ġie l-Papa Malta – jagħmlu artikli sħaħ bla ma jsemmuh. Xi titli li kienu jagħmlu kienu jkunu:
- “Ħafna nies joħorġu fit-toroq li ġew irranġati dal-aħħar”.
- “Żgħażagħ imorru l-waterfront bil-katamaran – kumbinazzjoni jkun hemm ħafna nies jistennewhom u anki jkun hemm palk għall-kant”.
- “Il-monument ta’ quddiem il-Mambra f’Ħal Luqa jitgħatta għal ftit sekondi sakemm tgħaddi karozza bajda”.
Harbitlek haga importanti. Fir-rapport ta’ Mlatstra (sic) jidhru il-famuzi “Biaggo Steps” (sic) li ma huma xejn inqas hlief il- “Biago Steps” illi fil-mentalità Maltija post- USA 94 kienu jigu riferuti bhala “Baggio Steps”.
KULT.